Publications Office of the EU
Metadata services - Librarian's corner
Dockbar
Servizzi ta’ metadata

Servizzi ta’ metadata

OPac - il-katalgu pubbliku online tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

L-OPac hu sistema self-service għat-tiftix, il-konsultazzjoni u l-iddawnlowdjar ta’ metadata ta’ pubblikazzjonijiet tal-UE. Ir-rekords biblijografiċi huma disponibbli biex jiġu ddawlowdjati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE - indipendentement mil-lingwa tal-pubblikazzjoni - f’diversi formati, inklużi Endnote, Marc21, Marcxml u ISO 2709, li għandhom jiżdiedu faċilment fil-katalgu lokali tiegħek.

Metadata tal-pubblikazzjonijiet tal-UE fis-servizzi ta’ skoperta

Il-metadata tal-pubblikazzjonijiet tal-UE hi disponibbli f’diversi aggregaturi ta’ informazzjoni kummerċjali u mhux kummerċjali, inklużi servizzi ta’ skoperta fuq skala web u l-akbar libreriji fid-dinja. Nistednuk tiċċekkja mal-fornitur tal-kontenut attwali tiegħek biex tara jekk inkludiex il-metadata għall-pubblikazzjonijiet tal-UE fis-servizzi tiegħu għalik.

Jekk teħtieġ xi għajnuna, ikkuntattjana: OP-REC-EXPORT@publications.europa.eu

Esportazzjoni tal-metadata personalizzata

Aħna noffru servizz ta’ esportazzjoni ta’ metadata personalizzata li jwieġeb għar-rekwiżiti tal-libreriji sħab. Tista’ tagħżel il-frekwenza tal-esportazzjonijiet, it-tip ta’ pubblikazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi u l-lingwa tagħhom, kif ukoll il-lingwa tal-metadata. Disponibbli f’formati Marc21 u Marcxml.

Jekk int interessat f’dan is-servizz bla ħlas, ikkuntattjana: OP-REC-EXPORT@publications.europa.eu

Metadata tal-pubblikazzjonijiet tal-UE fir-Repożitorju Komuni tal-Metadata tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (CMR)

Jista’ jsir tiftix fil-katalgu tal-pubblikazzjonijiet tal-UE billi jintuża endpoint SPARQL u files ta’ kontenut relatati miġjuba f’formati differenti permezz tal-interface RESTful mis-CELLAR. Ir-riżultati tat-tfittxija jistgħu jiġu rritornati f’HTML, XML, CSV, JSON jew varjetà ta’ serje RDF. Jekk jogħġbok ara l-paġna tad-dħul tal-mistoqsija fuq l-endpoint SPARQL għad-dettalji.

Aktar informazzjoni dwar is-Cellar u d-data li fih:https://data.europa.eu/doi/10.2830/064688

 

Għal aktar informazzjoni: