Comite255 Composition – Members of the Article 255 TFEU Panel - comite255

composition title

Kompożizzjoni

Composition

Il-membri attwali tal-kumitat

Il-kumitat huwa kompost minn seba’ persuni magħżula minn fost ex membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, membri tal-qrati supremi nazzjonali u ġuristi li għandhom kompetenzi magħrufa, li wieħed minnhom huwa propost mill-Parlament Ewropew.

Il-membri tal-kumitat jinħatru għal żmien ta’ erba’ snin mill-Kunsill, fuq inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-kumitat bħalissa huwa magħmul mis-Sur Vassilios Skouris (President tal-kumitat), is-Sa Maria Berger, is-Sa Inken Gallner, is-Sa Barbara Pořízková, is-Sa Silvana Sciarra, is-Sur Christophe Soulard u s-Sa Vesna Tomljenović (membri tal-kumitat), li nħatru permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2644 tas-16 ta' Diċembru 2025 li taħtar membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-mandat tal-kumitat fil-kompożizzjoni attwali tiegħu huwa mill-1 ta' Marzu 2026 sat-28 ta' Frar 2030.

( Ara wkoll il-kompożizzjonijiet tal-panel mill-2010 'l hawn]

 

 

Asset Publisher

Vassilios Skouris

Imwieled fl-1948; gradwat fil-Liġi mill-Università Libera ta' Berlin (1970), Dottorat fil-Liġi mill-Università ta' Hamburg (1973); Assistent u Kuratur fil-Presidenza għal-Liġi Proċedurali Ċivili u l-Liġi Proċedurali Ġenerali fl-Università ta' Hamburg (1972-1977); Professur tal-Liġi Amministrattiva fl-Università Democritus ta' Thrace (1977-1980); Professur tad-Dritt Pubbliku fl-Università ta' Bielefeld (1980-1982); Professur ordinarju tad-Dritt Pubbliku fl-Università Aristotli f'Tessaloniki (1982-2015); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1999-2015) u President tagħha (2003-2015); Professur Affiljat fl-Iskola tal-Liġi Bucerius f'Hamburg (2016-2024); Bencher Onorarju tas-Soċjetà Onorabbli ta' Lincoln's Inn; President tal-Kamra Ġudizzjarja tal-Kumitat tal-Etika tal-FIFA (2016-2024); membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2022 u President ta' dak il-kumitat minn Marzu 2026.

Maria Berger

Imwielda fl-1956; Dottorat fil-Liġi mill-Università ta' Innsbruck; Assistent universitarju fl-Università ta' Innsbruck, id-Dritt Pubbliku u x-Xjenzi Politiċi; Ministeru Federali għax-Xjenza, uffiċjal, Riżorsi umani (1984-1994); Il-Kanċellerija Federali ta' Vjenna, uffiċjal responsabbli għall-Integrazzjoni Ewropea (1988-1992); Direttur fl-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Ġinevra/Brussell (1993-1994); Viċi President tal-Università tad-Danubju ta' Krems (1995-1996); Viċi Membru tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa (2002-2003); Membru tal-Parlament Ewropew - Kumitati: Suq Intern, Affarijiet Legali, Libertajiet Ċivili (1996-2007); Ministru Federali għall-Ġustizzja (2007-2008); Imħallef fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (2009-2019); Professur Onorarju fl-Università ta' Vjenna mill-2015; membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2026.

Inken Gallner

Imwielda fl-1964; L-Ewwel Eżami tal-Liġi tal-Istat (1991), it-Tieni Eżami tal-Liġi tal-Istat u ħatra bħala Mħallef (1994); Ħatra bħala Mħallef fil-Qorti Industrijali (1997); Imħallef fil-Qorti Industrijali Federali (2007-2014); Kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta' Baden-Württemberg (2014-2016); Imħallef fil-Qorti Industrijali Federali, is-Sitt Senat (2016-2017); Imħallef li jippresiedi fil-Qorti Industrijali Federali, l-Għaxar Senat (2017-2022); President tal-Qorti Industrijali Federali (mill-2022); Lettur għall-gruppi ta' ħidma tal-Liġi tax-Xogħol tal-ġuristi subalterni (1996-2010); Eżaminatur għat-Tieni Eżami tal-Liġi tal-Istat f'Baden-Württemberg (mill-2000) (il-Liġi tax-Xogħol u l-Liġi Ċivili, President tal-Kumitat minn nofs l-2014); Lettur fl-Università ta' Konstanz għal-Liġi Ġermaniża u Ewropea tax-Xogħol (mill-2016); Lettur għal-Liġi Ewropea u internazzjonali tax-Xogħol fil-Westfälischen Wilhelms-Universität Münster (mill-2018); Lettur għal-Liġi Ewropea u internazzjonali tax-Xogħol fl-Università ta' Cologne (mill-2022); membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2026.

Barbara Pořízková

Imwielda fl-1968; Dottorat fil-Liġi, Università Masaryk, Brno (2000). Avukat fid-Direttorat Finanzjarju f'Brno, Dipartiment tat-Taxxi Indiretti (1993–2001). Kap tal-grupp ta' litigazzjoni ta' PricewaterhouseCoopers, li jispeċjalizza f'tilwim dwar it-taxxa (2001–2006). Imħallef tal-Qorti Amministrattiva Suprema Ċeka (SAC) mill-2006; membru tal-Awla Manja tagħha mill-2013 u President tad-Disa' Awla mill-2014. Viċi President tal-SAC minn Ottubru 2018. Riċevitur tal-Premju Avukat tas-Sena fil-liġi finanzjarja għall-2017, kompetizzjoni organizzata mill-Kamra tal-Avukati Ċeka. Awtur ta' pubblikazzjonijiet u artikli dwar il-liġi tat-taxxa u l-ġurisprudenza tal-SAC. Imħallef apprendist fil-Conseil d'État Franċiż fl-2016. Kelliem u president f'panels internazzjonali organizzati minn ACA-Europe u AIHJA. Lettur għal CFE Tax Advisers Europe, l-Assoċjazzjoni Fiskali Internazzjonali, il-Kmamar tal-Konsulenti tat-Taxxa Ċeki u Slovakki, u l-pubbliku professjonali; lettur fi programm tal-OECD għall-imħallfin amministrattivi Ukreni dwar it-trattati kontra t-tassazzjoni doppja u l-VAT. Membru tal-Kumitat tal-Artikolu 255 minn Marzu 2022; maħtura mill-ġdid għat-tieni mandat.

Silvana Sciarra

Imwielda fl-1948; studjat fl-Università ta' Bari; Harkness Fellow f'UCLA u Harvard Law School (1974-1976); għallmet fl-Università ta' Siena, Fulbright Fellow f'UCLA u professur mistiedna f'diversi universitajiet (Warwick, Columbia Law School, Cambridge, Stokkolma, Lund, UCL, LUISS Ruma); presidenza tal-Liġi Ewropea tax-Xogħol u dik Soċjali (1994-2003) fl-Istitut Universitarju Ewropew; Professur ordinarju fil-Liġi Ewropea tax-Xogħol u dik Soċjali fl-Università ta' Firenze (1990-2014, bil-liv meta kienet l-EUI); Dottorat Honoris Causa fil-Liġi mill-Università ta' Stokkolma (2006) u l-Università ta' Hasselt (2012); Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali Taljana, l-ewwel mara eletta mill-Parlament (mill-2014), imbagħad President ta' dik il-Qorti (2022-2023), issa President emeritus; mogħtija l-Gran Kruċ tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana (2017) u l-Premju Hugo Sinzheimer (2015); President tal-Iskola Għolja Taljana tal-Ġudikatura (2024-2026); membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2022.

Christophe Soulard

Imwieled fl-1957; Lawrja ta' Baċellerat fil-Filosofija mill-Università ta' Reims; Diploma mill-Institut d'Etudes Politiques de Paris, taqsima tas-Servizz Pubbliku; Lawrja ta' Master fid-dritt privat, bi speċjalizzazzjoni f'"karrieri ġudizzjarji", mogħtija mill-Università Paris I; Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Metz (1985-1989), Référendaire tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1985-1992); Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Ġudikatura u l-Professjonijiet Legali (1992-1998); Imħallef subaltern (Conseiller référendaire) fil-Qorti tal-Kassazzjoni (1998-2008); L-Ewwel Viċi President tal-Qorti Reġjonali ta' Metz (Presidenza tal-Ewwel Awla Ċivili u koordinazzjoni tas-servizz pubbliku) (2008-2012); Imħallef (Conseiller) fl-Awla Kriminali tal-Qorti tal-Kassazzjoni (2012-2015); Imħallef anzjan ta' taqsima fl-Awla Kriminali tal-Qorti tal-Kassazzjoni (2015-2017); President tal-Awla Kriminali tal-Qorti tal-Kassazzjoni (2017-2022); L-Ewwel President tal-Qorti tal-Kassazzjoni (Franza) (mill-2022); Professur Assoċjat fl-Università Robert Schuman fi Strażburgu - tagħlim fid-dritt tal-Unjoni Ewropea (2003-2009); Professur Assoċjat fl-Università ta' Lorraine – tagħlim fid-dritt tal-Unjoni Ewropea (2009-2015); membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2026.

Vesna Tomljenović

Imwielda fl-1956; Baċellerat fil-Liġi fl-Università ta' Rijeka (1979), Master fil-Liġi mill-Università ta' Zagreb (1984); Dottorat fix-Xjenza Ġudizzjarja mill-Università ta' Zagreb (1996); Professur Assistent/Assoċjat tad-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura Ċivili fl-Università ta' Rijeka (1980-2005); Professur – Kap tal-Presidenza tad-Dritt Internazzjonali u Ewropew Privat fl-Università ta' Rijeka (2005-2013); Professur permanenti fl-Università ta' Rijeka (mill-2018); Professur mistiedna tal-programm Fulbright, Tulane Law School, l-Istati Uniti (Jannar - Lulju 2003); Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (2013-2025), President ta' Awla f'żewġ mandati (2016-2019 u 2019-2021); President tal-Assoċjazzjoni Kroata tal-Liġi Komparattiva mill-2006; Kodirettur tal-programm speċjalizzat postgradwatorju "Liġi tal-Integrazzjoni Ewropea" fl-Università ta' Rijeka (2009-2013); Kap tal-Grupp ta' Ħidma tat-Tim ta' Negozjar tar-Repubblika tal-Kroazja, responsabbli għall-kapitolu 28 tal-acquis "Protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa" (2005-2013); membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2026.