Comite255 functioning - comite255
- content
-
Applikazzjoni għal kandidatura
Is-segretarjat ġenerali tal-Kunsill jirċievi kandidatura għall-funzjonijiet ta’ Mħallef jew ta’ Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja jew fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Trasferiment tal-applikazzjoni
Is-segretarjat ġenerali jibgħatha lill-president tal-kumitat.
Evalwazzjoni tal-fajl
Il-kumitat jipproċedi bl-evalwazzjoni tal-fajl.
Huwa jista’ jitlob lill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat u lill-kandidat jipprovdu informazzjoni ulterjuri dwar il-kandidatura.
Smigħ tal-kandidat
Il-kandidat sussegwentement jinstema’ għal madwar siegħa mill-membri tal-kumitat. Fil-każ ta’ applikazzjoni għat-tiġdid ta’ mandat ta’ Mħallef jew ta’ Avukat Ġenerali diġà fil-kariga, l-evalwazzjoni ssir mingħajr smigħ tal-kandidat.
Opinjoni motivata
Il-kumitat għandu jagħti opinjoni motivata li tintbagħat lir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri.