Data Protection - comite255

Privacy statement

Dikjarazzjoni ta' Ċaħda ta' Responsabbiltà Legalir

Il-Kumitat previst mill-Artikolu 255 TFUE jieħu ħsieb dan is-sit web biex itejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kumitat. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Madankollu, il-Kumitat ma jassumi ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-materjal f'dan is-sit. Dan il-materjal:

  • huwa informazzjoni ta' natura ġenerali biss li mhix maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari
  • mhux neċessarjament komprensiv, komplut, eżatt jew aġġornat
  • xi drabi huwa kkollegat ma' siti esterni li l-Kumitat ma għandu ebda kontroll fuqhom u li l-Kumitat ma jerfa' ebda responsabbiltà għalihom
  • mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat kif xieraq).

Niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li mhux garantit li dokument disponibbli online jirriproduċi bl-eżatt test li jkun ġie adottat uffiċjalment. Hija biss il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata fl-edizzjonijiet elettroniċi tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li hija meqjusa awtentika.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu l-problemi kkawżati minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew formati li ma jkunux mingħajr żbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat b'xi mod ieħor minn problemi bħal dawn. Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna għal xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, il-Kumitat ma jerfa' ebda responsabbiltà għal dannu dirett jew indirett li jista' tirriżulta mill-użu ta' dan is-sit.