Publications Office of the EU
About us: mission, vision, values - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
MT - About us home - Who we are new
Missjoni Viżjoni Valuri
mission

Il-missjoni tagħna

 

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huwa l-fornitur uffiċjali tas-servizzi ta’ pubblikazzjoni għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE. Bħala tali, huwa l-punt ċentrali ta’ aċċess għal-liġi tal-UE, kif ukoll għall-pubblikazzjonijiet, id-data miftuħa, ir-riżultati tar-riċerka, l-avviżi tal-akkwist u informazzjoni uffiċjali oħra. Għalhekk, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu rwol ċentrali biex jinforma lill-pubbliku dwar x’tagħmel u xi tfisser l-UE għalihom, u fl-iżblukkar tas-setgħa tad-data.

Il-missjoni tiegħu hija li jappoġġa l-politiki tal-UE bħala ċentru ta’ eċċellenza għall-ġestjoni tal-informazzjoni, tad-data u tal-għarfien, u li jiżgura li din il-firxa wiesgħa ta’ informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku bħala data aċċessibbli u li tista’ terġa’ tintuża biex jiġu ffaċilitati t-trasparenza, l-attività ekonomika u t-tixrid tal-għarfien.

 
vision

Il-viżjoni tagħna

 

Unjoni Ewropea infurmata tajjeb, li tingħata s-setgħa mill-aċċess effettiv u f’waqtu għall-informazzjoni u għall-għarfien affidabbli, filwaqt li tibbenefika mill-opportunitajiet kollha li dan iġib għas-soċjetà u għall-ekonomija.

 

Il-valuri tagħna

 

Trasparenza

Niffaċilitaw it-trasparenza matul iċ-ċiklu tal-politika tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex insaħħu t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, ir-responsabbiltà, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-demokrazija.

Fiduċja

Nistinkaw biex niżguraw li l-kontenut li nipprovdu jkun akkurat u affidabbli sabiex iċ-ċittadini jafdaw lill-UE bħala fornitur tal-informazzjoni.

Aċċessibbiltà

Nemmnu li l-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt tal-bniedem li ċ-ċittadini kollha għandhom igawdu, irrispettivament mil-lingwa, mill-kultura, mid-diżabilità, mill-istatus soċjali, mill-post, mit-teknoloġija jew mill-mod li bih jifhmu l-informazzjoni.

Orjentazzjoni lejn is-servizz

Aħna impenjati sabiex intejbu kontinwament is-servizz tagħna kemm għall-partijiet ikkonċernati istituzzjonali, kif ukoll għaċ-ċittadini Ewropej għaliex aħna rridu nikkontribwixxu għall-proġett Ewropew bl-aħjar mod possibbli.