Publications Office of the EU
About us: what we do - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
MT What we do new

X’nagħmlu

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea:

 
  1. Jappoġġa l-politiki u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-aġenziji u tal-korpi tal-UE bis-servizzi tiegħu u joffrilhom għarfien espert u sinerġiji f’għadd ta’ oqsma.
  2. Permezz tal-attivitajiet ta’ mmudellar u ta’ referenzar tiegħu, jiżgura li, l-assi ta’ informazzjoni diversi li jkunu ġejjin mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji u mill-korpi tal-UE jieħdu forma ta’ informazzjoni u ta’ data traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u li jistgħu jerġgħu jintużaw (FAIR -— findable, accessible, interoperable and reusable).
  3. Jiżgura li din il-firxa wiesgħa ta’ informazzjoni u data uffiċjali tal-UE, element essenzjali fl-ekonomija tal-lum immexxija mid-data, tkun disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġu appoġġjati t-trasparenza, l-attività ekonomika, l-iżvilupp tat-teknoloġiji moderni bħall-intelliġenza artifiċjali, u l-aċċess għall-għarfien b’mod ġenerali.
  4. Jiżgura li dan il-kontenut jiġi ppreservat u jkun aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri.
  5. Jinteraġixxi maċ-ċittadini fuq bażi regolari u li tiżdied sabiex jgħin fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

Jekk tixtieq issib aktar dettalji dwar l-attivitajiet tagħna, tista’ tesplora hawn taħt l-aħħar Rapport Annwali ta’ Ġestjoni ur- Rapport Annwali tal-Attività tagħna.