Publications Office of the EU
Legal notices: Copyright - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
paġna tat-titlu tas-sit web tal-portal OP

l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

legal notices - copyright notice 2 for test

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 2019-2023.

  1. Id-drittijiet tal-awtur għall-kontenut editorjali ta’ dan is-sit web, li hu proprjetà tal-UE, huma liċenzjati taħt il-liċenzja internazzjonali Creative Commons Attribution 4.0. . Dan ifisser li inti tista’ terġa’ tuża l-kontenut sakemm tirrikonoxxi s-sors u tindika l-bidliet li tkun għamilt.

    Tista’ tkun meħtieġ li tiċċara drittijiet addizzjonali jekk ċertu kontenut juri individwi privati identifikabbli jew jinkludi xogħlijiet ta’ partijiet terzi.

  2. L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti legali, amministrattivi u ta’ każistika, kif ukoll ta’ data ppubblikata fuq dan is-sit web għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali hu awtorizzat sakemm issir referenza għas-sors. Il-politika tal-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea hi implimentata bid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2011.

  3. Il-pubblikazzjonijiet ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jintużaw mill-ġdid ukoll sakemm issir referenza għas-sors, skont id-Deċiżjoni msemmija hawn fuq.

  4. Il-pubblikazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-UE, jistgħu jiġu ddawnlowdjati u jiġu riprodotti dment li jiġi rikonoxxut is-sors.

  5. Il-pubblikazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew huma soġġetti għar-regoli inklużi fil-link li ġej

Dawn il-prinċipji ġenerali jistgħu jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu speċifikati f'avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur. Għalhekk l-utenti huma avżati sabiex jirriferu għall-avviżi tad-drittijiet tal-awtur tal-pubblikazzjonijiet individwali.

L-użu ta’ elementi (eż. test, ritratti, stampi, graffs, eċċ.) suġġetti għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi hu soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mis-sid tad-drittijiet tal-awtur. Dan japplika għal ritratti murija fid-direttorju uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (EU WhoisWho) u fit-taqsima “Avvenimenti” (https://op.europa.eu/en/web/about-us/events).

Il-logos u t-trademarks kollha huma esklużi mill-permessi ġenerali msemmija hawn fuq.

Għall-kwistjonijiet l-oħrajn kollha dwar id-drittijiet tal-awtur, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: op-copyright@publications.europa.eu