Publications Office of the EU
EU Whoiswho - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
op_ciba privacy statement dpr-ec-01943 Duplicate 1
10530 7070256 mt IL-PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK

Din l-istqarrija ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni tal-ipproċessar: EU Whoiswho – Direttorju Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Kontrollur tad-Data: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Unità A.5, “Portal tal-OP”

Referenza tar-rekord: DPR-EC-00447

Werrej

  1. Introduzzjoni
  2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw b’mod ulterjuri?
  5. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?
  6. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
  7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
  8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
  9. Informazzjoni ta’ kuntatt
  10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar iddettaljata?

1. Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE .

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet tista’ teżerċita b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni rigward l-operazzjoni tal-ipproċessar “EU Whoiswho – Direttorju Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” mill-Unità A.5 “Portal tal-OP” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt.

2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

L-għan tal-operazzjoni tal-ipproċessar: l-Unità A.5, “Portal tal-OP” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek għall-pubblikazzjoni f’EU Whoiswho https://op.europa.eu/web/who-is-who.

L-operazzjoni tal-ipproċessar tikkonsisti f’li d-direttorju uffiċjali tal-istaff li jaħdem għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE kif ukoll tal-membri tal-Parlament u ta’ gruppi oħrajn ikun disponibbli pubblikament.

Id-data personali tiegħek mhix se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili.

3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, minħabba li:

- l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;

u/jew

- l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih hu soġġett il-kontrollur;

Bażi ġuridika għall-ipproċessar: il-mandat tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, id-Deċiżjoni 2009/496/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw b’mod ulterjuri?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni tal-ipproċessar, l-Unità A.5 “Portal tal-OP” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

Staff intern tal-Kummissjoni: il-kunjom u l-isem (imqassar għal staff “mhux maniġerjali”); in-numru tat-telefown. Staff intern tas-segretarjat tal-Parlament (maniġment biss): il-kunjom u l-isem, in-numru tat-telefown u l-indirizz. Għal staff ieħor tal-UE, id-data tiddependi fuq l-għażla tal-istituzzjoni tal-UE rispettiva.

Għal dawn is-suġġetti tad-data, huma elenkati l-indirizz tax-xogħol ġeneriku (bini), l-indirizz tal-email ġeneriku u n-numru tat-telefown ċentrali tal-organizzazzjoni.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew u s-segretarjati tal-gruppi politiċi, il-membri tal-kumitat tar-rappreżentanti permanenti tal-Kunsill, il-membri tal-kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u l-Uffiċċji tal-UE: id-data tista’ tinkludi b’mod addizzjonali l-isem sħiħ, l-indirizz sħiħ tal-email u l-indirizz tal-uffiċċju, in-numru tat-telefown u r-ritratt tal-persuna.

Ħarsa ġenerali sħiħa lejn il-kategoriji tad-data tinsab fl-anness “fl-oqsfa tad-data EU Whoiswho”.

Ksibna d-data personali tiegħek mill-unità/mid-dipartiment responsabbli għar-riżorsi umani tiegħek, permezz ta’ trasferiment awtomatizzat jew semiawtomatizzat tad-data.

5. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?

L-Unità A.5 “Portal tal-OP” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew l-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri sabiex jinżamm direttorju aġġornat tal-istaff tal-UE f’EU Whoiswho. Jekk tibdel il-pożizzjoni tiegħek fi ħdan is-servizzi tal-UE, dan ikun rifless wara dewmien qasir f’EU Whoiswho. Jekk tħalli s-servizzi tal-UE, id-data personali tiegħek tisparixxi minn EU Whoiswho wara perjodu qasir ta’ żmien.

Minbarra EU Whoiswho, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jipproduċi wkoll il-verżjonijiet li ġejjin:

  • Verżjoni annwali tad-direttorju kompluta (PDF), li tinżamm fit-taqsima tal-Arkivji tas-sit (https://op.europa.eu/web/who-is-who/archive) u miżmuma hemm għal finijiet storiċi;
  • Estratti ta’ kull xahrejn għal kull istituzzjoni tal-UE (PDF). Peress li dawn jiġu aġġornati regolarment, kull verżjoni ġdida tieħu post dik ta’ qabilha (li mhix arkivjata).
  • Barra minn hekk, id-data EU Whoiswho hi disponibbli biex tiddawnlowdjaha mill-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE (https://data.europa.eu/).

Fi kwalunkwe ħin, id-data personali tiegħek tiġi arkivjata f’bażi tad-data mhux pubblika, li minnha se titħassar wara 5 snin għal persuni importanti mhux politiċi (PIP) (eż. l-istaff tal-UE li ma jkunx f’pożizzjoni maniġerjali).

6. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, settijiet ta’ data applowdjati, eċċ.) tinħażen fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet tal-ipproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Fost il-miżuri tekniċi hemm azzjonijiet xierqa li jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf tad-data, l-alterazzjoni tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, u li jqisu r-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzazzjonali jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali biss għall-persuni awtorizzati bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.

7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-istaff awtorizzat skont il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta' tagħrif”. Dan l-istaff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità. L-informazzjoni li niġbru mhux se tingħata lil xi parti terza.

Id-direttoru hu pubbliku f’https://op.europa.eu/web/who-is-who.

8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Meta applikabbli, għandek id-dritt ukoll li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Int tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun hemm bżonn, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tingħata taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ attività ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza(i) tar-Rekord tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).

9. Informazzjoni ta’ kuntatt

  • Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l-Unità B.1 “Ġurnal Uffiċjali u Każistika”, tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, info@publications.europa.eu.

  • L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) rigward kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar iddettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar dwar id-data personali mill-Kummissjoni, li ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru minn dan il-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni tal-ipproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-00447.

]]>