Publications Office of the EU
Legal notices: General conditions of dissemination and sale - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
General conditions of dissemination and sale July 2023 mt

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP Portal)
Kundizzjonijiet ġenerali tat-tixrid u l-bejgħ

Ordnijiet

L-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet jaċċetta u jipproċessa biss ordnijiet li jsiru online.

Il-passi biex tagħmel l-ordni tiegħek huma vvalidati fi skrins suċċessivi. Sakemm tagħmel il-validazzjoni finali, tkun tista' tikkanċella l-ordni fi kwalunkwe punt.

Meta tagħmel ordni, jekk jogħġbok ħu nota tan-numru tal-ordni fuq l-iskrin. Jekk ma tirċevix konferma elettronika tal-ordni tiegħek bid-dettalji fi żmien 24 siegħa, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk u kkwota dan in-numru.

Jekk il-pubblikazzjonijiet ma jkunux disponibbli jew l-ordni tiegħek ma tkunx tista' tiġi ssodifata minħabba xi raġuni, tiġi nnotifikat f'email separata.

Jekk int utent irreġistrat, id-data kollha dwar l-ordnijiet tiegħek tiġi ssejvjata awtomatikament taħt "MyPortal". Jekk m'intix irreġistrat, nirrakkomandaw li tagħmel kopja għalik tad-data dwar l-ordni tiegħek.

Disponibbiltà tal-pubblikazzjonijiet

Il-pubblikazzjonijiet fl-istokk ikunu indikati bil-buttuna blu "Ordna" fil-paġna bid-dettalji tagħhom.

Jekk l-istokks jinbidlu sakemm nirċievu u nipproċessaw l-ordni tiegħek, jew jekk xi pubblikazzjoni ma tkunx għadha disponibbli, ninfurmawk bl-email jekk u kif tista' tikseb kopja billi tuża s-servizz "Stampar fuq talba".

Jekk il-pubblikazzjonijiet li tkun ordnajt u ħallast għalihom ma jkunux disponibbli, tieħu l-flus lura fi żmien 30 ġurnata.

Kunsinna

Il-pubblikazzjonijiet jintbagħtu fl-indirizz li ġie pprovdut meta saret l-ordni.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jistax jinżamm responsabbli għall-ordnijiet mhux soliċitati ta' pubblikazzjonijiet li jsiru minn utent f'isem (u/jew mibgħuta lil) persuna oħra (riċevitur).

F'każ ta' suspett ta' użu ħażin jew abbuż mill-faċilità ta' ordnijiet online, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu d-dritt li jikkanċella tali ordnijiet.

Kunsinni ta' inqas minn 5kg normalment jintbagħtu permezz tal-posta normali fi żmien 7 ijiem mid-data meta tkun saret l-ordni.

Kunsinni ta' aktar minn 5kg normalment jinbagħtu bil-courier fi żmien 10 ijiem mid-data meta tkun saret l-ordni.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni ma jistax jinżamm responsabbli għall-konsegwenzi ta’ kwalunkwe dewmien.

Ħsara jew telf fit-tranżitu

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jissostitwixxi bla ħlas żejjed kwalunke pubblikazzjoni mitlufa jew danneġġata matul jew qabel ma tintbagħat, sakemm tinnotifikana bil-miktub, bil-prova adegwata.

Fil-każ ta' pubblikazzjoni(jiet) danneġġata/i, jekk jogħġbok innotifikana kemm jista' jkun malajr wara li tirċievi l-ordni.

Ritorn ta' ordni u rimborżar

Biex tirritorna oġġett, trid tibgħatilna email fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jasallek u tirritornah fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta tibgħat l-email. M’għandekx għalfejn tagħti raġuni biex tirritorna l-oġġett, sakemm tagħmel dan fi żmien din l-iskadenza.

Nirrimborżaw il-ħlas li jkun sar billi nibagħtu kreditu fil-karta ta' kreditu tiegħek mhux aktar tard minn 14-il jum kalendarju mill-jum li fih inti tibgħatilna l-email. Madankollu, nistgħu nżommu r-rimborż sakemm nirċievu l-oġġett lura jew sakemm ma tkunx ipprovdejt evidenza li tkun irritornajtu. Inti tħallas biss l-ispejjeż biex tirritorna l-oġġett.

L-oġġetti rritornati għandhom jintbagħtu lill-indirizz li ġej:

Publications Office of the European Union
Directorate D – Print and Distribution (Returned publications)
L-2985 Luxembourg
LUXEMBOURG

Politika tal-ipprezzar, ħlas, VAT u dazji

Il-prezzijiet kollha, fejn applikabbli, huma għal kull unità u f'euro. Huma kkwotati bla dazji u bla taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Il-bejgħ mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea hu eżentat mill-VAT skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

Madankollu, jistgħu jiġu imposti dazji doganali, VAT u taxxi oħrajn fuq il-bejgħ u l-kunsinna barra l-UE. Dawn id-dazji u t-taxxi jitħallsu mill-konsumatur, li għandu r-responsabbiltà kemm għad-dikjarazzjoni u kemm għall-ħlas lill-awtoritajiet responsabbli fil-pajjiż ikkonċernat.

Ir-rati tal-posta u l-istampar fuq talba jinsabu fit-taqsima "Tariffi postali". Dawn jirriflettu l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet biex jipprovdi dawn is-servizzi u jiġu riveduti minn żmien għal żmien.

Il-ħlas irid isir meta ssir l-ordni u għandu jsir b'Visa, MasterCard, jew American Express jew permezz tal-PayPal.

Il-faċilità tal-pubblikazzjonijiet tal-UE għall-ħlas elettroniku bil-kard tal-kreditu hi għal kollox sigura. Id-data kollha trażmessa hi kriptata u la l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u lanqas kwalunkwe parti terza ma jista' jkollhom aċċess fi kwalunkwe ħin.

Protezzjoni ta’ data personali

Jekk jogħġbok irreferi għad-Dikjarazzjoni ta’ privatezza dwar il-protezzjoni ta’ data personali tal-portal dwar il-"Liġijiet u l-Pubblikazzjonijiet tal-UE".

Tilwim u liġi applikabbli

L-għan tagħna hu li nsibu soluzzjoni għat-tilwim b'mod amikevoli fil-qafas ta' dawn il-kundizzjonijiet ġenerali tat-tixrid u l-bejgħ. Jekk jogħġbok ibgħat kwalunkwe mistoqsija jew ilment lill-Ufficcju tal-Pubblikazzjonijiet.

Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali huma rregolati bil-liġi tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.